Imut l-anzjan ta’ 97 sena li kien infettat bil-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija minnu ħabbar li għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 97 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f’pajjiżna.

L-anzjan kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech. Huwa kellu sintomi relatati mal-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv fis-17 ta’ Mejju. 

Ir-raġel miet fl-Isptar Karin Grech, matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta’ l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa biex nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Share With: