Ir-Renju Unit jaqbeż lill-Italja fin-numru ta’ vittmi; Issa l-aktar pajjiż fl-Ewropa li mietu nies kaġun tal-Covid-19

In-numru tal-vittmi fir-Renju Unit kaġun tal-Covid-19 issa qabeż lil dak tal-Italja. Dan wara li l-istatistika uffiċjali turi li l-vittmi qabżu t-32,000 persuna, ferm aktar mit-29,079 persuna li mietu fl-Italja.

Bis-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Dominic Raab jiddeskriviha bħala “traġedja kbira”, esperti jemmnu li għadu wisq kmieni biex isiru paraguni fuq livell dinji.

Il-ġimgħa li għaddiet fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet mindu rkupra mill-infezzjoni, il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson qal li r-Renju Unit issa ħalliet l-agħar tal-pandemija tal-coronavirus warajha.

L-imwiet reġistrati matul l-aħħar ġimgħa ta’ April kienu qed juru rata ta’ 354 imwiet inqas mill-ġimgħa preċedenti. Madankollu s-sitwazzjoni kienet għal kollox differenti fid-djar tal-anzjani, bl-imwiet reġistrati fihom jiżdied bi 81% minn 7,316 għal 7,911.

Share With: