Iż-żewġ każijiet ġodda ma kellhom l-ebda sintomi … Irriżultaw pożittivi minn testijiet ta’ rutina

Waqt l-aħħar konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika bdiet b’aħbar tajba ta’ sitt pazjenti oħra li fiequ.

Minn 1,022 swab tests li saru fl-aħħar sigħat irriżulta li kien hemm żewġ persuni li rriżultaw pożittivi. Meta wieħed jelimina l-każijiet li fiequ u dawk li sfortunatament mietu wieħed isib li dawk il-każjiet li għadhom attivi huma 68 persuna.

Żewġ każijiet ġodda:

Maltija ta’ 77 sena li minkejja li ma kellha l-ebda sintomi, irriżultat pożittiva minn testijiet ta’ rutina hekk kif kellha tiddaħħal l-isptar minħabba xi trattament mediku. L-awtoritajiet għaddejjin bil-contact tracing.

Maltija ta’ 24 sena li marret biex tagħmel it-test tat-tifla tagħha, hija ġiet offruta li jsirilha t-test u rriżultat pożittiva għall-virus.

Gauci spjegat li tajjeb wieħed jinnota li issa hemm aktar każijiet li qed jiġu identifikati waqt testijiet ta’ kontroll li qed isiru u li qed ikomplu jassiguraw li l-isptar tagħna u ċ-ċentri tas-saħħa qed ikomplu jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex l-virus ma jkomplix jiġi trasmess fihom.

Share With: