Javżaw dwar likwidu li jista’ jkun ta’ periklu għas-sewwieqa kollha

Siti soċjali qed javżaw lis-sewwieqa biex joqogħdu attenti huma u jsuqu f’San Ġiljan minħabba ilma li qed ikun hemm fit-triq.

Fuq il-paġni ta’ Facebook ntqal li dan l-ilma qed ikun inixxi qabel l-mini ta’ San Ġiljan fid-direzzjoni lejn il-Kappara. Waħda mill-paġni saħansitra allegat li ma’ dan l-ilma għad hemm likwidu perikoluż kkawżat mill-inċident fatali li seħħ fl-aħħar sigħat.

Kummenti varji segwew ritratti u filmati li juru dan hekk kif minkejja kummenti ta’ rabja minn sewwieqa tal-muturi, oħrajn xerrdu l-messaġġ mal-oħrajn biex kemm jista’ jkun jistgġu jiġu evitati aktar inċidenti hekk kif dan il-likwidu jista’ jkun ta’ periklu kemm għall-karozzi kif ukoll għall-muturi.

Share With: