“Jekk nitilfu l-kontroll se jiswielna d-doppju biex nerġgħu nieħdu r-riedni f’idejna” – Tabib tal-emerġenza Michael Spiteri

It-tabib tal-emerġenza Michael Spiteri kiteb iwissi biex jekk hawn min għadu qed jaħseb li l-COVID hija influwenza normali u ma toqtolx, li din ma tistax taħrab mill-kontroll hawn Malta jew li l-virus spiċċa minn Malta jibqa’ sejjer hekk , u jinġemgħa fil-folol barra fit-triq.

Huwa kompla biex jgħid li se jiddispjaċina bil-kbir u la darba Alla ħares qatt nitilfu l-kontroll se jiswielna d-doppju biex nerġgħu nieħdu r-riedni f’idejna.

Huwa kompla biex jgħid li l-għażla f’idejn il-poplu u filwaqt li rringrazzja lil minn qiegħed ikun prudenti, appella lil kulħadd biex nimxu mad-direzzjoni tal-uffiċjali tas-saħħa pubblika.

Share With: