Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli bi stupru

Raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Qormi tressaq il-Qorti b’arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, akkużat li nhar il-11 ta’ April, 2020, għall-ħabta tat-3.30 p.m. f’Ħal Qormi, mingħajr kunsens, ikkommetta stupru fuq mara u li kkaġunalha ġrieħi ħfief. Huwa kien akkużat ukoll li rrenda ruħu reċidiv.

Ir-raġel wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €7,000 ewro, kif ukoll taħt diversi kundizzjonijiet.  Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni lill-vittma. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion mid-Distrett ta’ Ħal Qormi. 

Share With: