Jitilgħu l-vittmi tal-Covid-19 fl-Ingilterra, Wales u l-Iskozja

Is-servizz nazzjonali tas-saħħa fl-Ingilterra ħabbar 383 fatalità oħra minn fost dawk li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. B’hekk it-total ta’ persuni li tilfħu ħajjithom wara li kienu kkonfermati pożittivi fi sptarijiet fl-Ingilterra tela’ għal 22,432 persuna.

Magħhom hemm ukoll 18-il persuna li mietu wara li rriżultaw pożittivi għall-virus f’Wales biex f’dan il-pajjiż issa hemm 1,062 persuna li tilfu ħajjithom kawża tal-covid-19.

Aktar kmieni kienu rrapurtati wkoll 59 vittma fl-Iskozja fejn it-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom hemmhekk huwa ta’ 1,762.

Share With: