“Kieku ma kienx għall-IIP ma konniex inkunu f’pożizzjoni li nipproteġu lill-ħaddiema u lin-negozji”

“Kieku ma kellniex il-Programm ta’ Ċittadinanza ma konniex inkunu f’pożizzjoni, jew konna nkunu f’pożizzjoni inqas vantaġġjuża, biex inniedu programm ta’ għajnuna li jipproteġi lill-ħaddiema u lin-neogzji tagħna.” Qal dan il-Prim Ministru waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar li se jkunu qed jittaffew miżuri li ddaħħlu matul dawn l-aħħar ġimgħat biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Filwaqt li qal li l-Gvern jinsab għaddej fi djalogu mal-Kummissjoni Ewropea, il-Prim Ministru tenna li l-pożizzjoni tal-Gvern hija waħda ċara. Huwa żied jgħid li l-Kummissjoni Ewropea “ma kkomettietx ruħha fuq pożizzjoni, però il-kwisjtoni taċ-ċittadinanza hija prerogattiva tal-istat. Fejn tidħol iċ-ċittadinanza, id-deċiżjoni finali hija tal-istat membru u ma nippermettux li din ttieħed minn idejna.”

Fl-istess waqt qal li se jkun qed ikompli d-djalogi kostruttivi mal-Kummissjoni.

“Se nagħmlu l-emendi kollha neċesarji biex insaħħu l-element ta’ due diligence, però ma rridux li noqtlu dan il-programm, għax nemmen li tant għamel ġid li bnejna l-warchest, biex niġġieldu mill-aspett finanzarju l-pandemija tal-Covid-19,” temm jgħid il-Prim Ministru.

Share With: