Kumpanija tal-igaming tikseb liċenzja importanti mill-MGA

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-kumpanija Pragmatic Solutions, li hi pjattaforma tal-igaming, kompliet saħħet il-pożizzjoni tagħha fis-suq hekk kif kisbet liċenzja importanti mill-Malta Gaming Authority. 

Bħala kumpanija diġà kienet konformi mar-regoli u topera minn Malta. Madankollu, din il-liċenżja tagħtiha d-drittijiet sħaħ biex tagħmel negozju ma’ negozji oħra u allura tpoġġiha f’pożizzjoni ta’ fiduċja bħala fornitur tekniku fit-territorju tagħha. Din il-liċenzja tibqa’ valida għal għaxar snin. 

Intant, il-kap tal-prodott fi ħdan il-kumpanija, Chetan Pandya qal li din il-liċenzja hi kisba kbira għal Pragmatic Solution li minkejja li diġà topera minn Malta, issa qiegħda kompletament skont il-bżonnijiet li titlob l-MGA. Qal ukoll li din il-liċenzja tiftħilhom il-bibien għal ma’ msieħba ġodda u anke għal iżjed espansjonijiet. 

Bħalissa l-kumpanija topera taħt liċenzji minn Malta, mir-Renju Unit u minn Curacao. Madankollu, għandha l-pjani li tespandi fid-Danimarka, fl-Italja u fi Spanja. 

Share With: