“L-agħar tal-imxija” fl-Ewropa jidher li għadda

Ristoranti qed jippjanaw li jiftħu fi żmien qasir b’kapaċità mnaqqsa

Minn VICTOR VELLA

Fl-aħħar jiem il-parti l-kbira tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea bdew jaraw tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta’ każi ta’ Coronavirus.  L-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li sa issa għadu qed jesperjenza żidiet hu l-Bulgarija. Pajjiżi bħall-Iżvezja, il-Polonja u r-Rumanija ma rawx tibdil sostanzjali fl-aħħar 13-il ġurnata. Quddiem dan, sorsi mediċi li tkellmu ma’ Inewsmalta qalulna li “kollox qed jindika li l-agħar tal-pandemija, jew dik magħrufa bħala ‘peak’ ta’ din il-pandemija fl-Ewropa għadda.  L-istess sorsi mediċi qegħdin jgħidulna li l-każi tal-virus se jibqgħu ifiġġu għaż-żmien li ġej, għalkemm mhux bl-intensità ta’ qabel. 

Intant sidien ta’ ristoranti li tkellmu magħna qalulna li huma qegħdin jippreparaw biex jiftħu mill-ġdid, għalkemm se jkollhom jagħmlu diversi aġġustamenti fosthom dik li l-imwejjed iridu jkunu imbegħdin minn xulxin u li anke jipprovdu is-santizers.  

Sid ta’ ristorant qalilna li “mindu għalaqna kien hemm min tagħna indikazzjoni li se nagħmlu madwar 70 jum jew ftit aktar magħluqin. M’aħniex il-bogħod minn dan u  issa li bdew jiġu rilaxxati xi miżuri li kienu ttieħdu qed nistennew li anke aħna ftit żmien ieħor nerġgħu niftħu l-bibien. Nifhem li mhux se nkunu kif konna qabel.  L-indikazzjonijiet li għandna hu li mhux se nkunu nistgħu nżommu nies daqs qabel. Hemm min qed jgħidilna b’mod mhux uffiċjali li l-kapaċità se tkun imnaqqsa b’40 fil-mija, għall-bidu.   Dan għalina hu inaċċettabbli. Għallinqas nibdew indawru ftit ir-rota”.

Dwar x’qed jiġri fl-Ewropa f’din il-pandemija naraw li fil-Belġju bdew inaqqsu il-miżuri stretti li kienu ttieħdu.  Filfatt tnaqqsu xi miżuri nhar it-Tnejn,  u dawn  se jitkomplew jitnaqqsu fil-11 u t-18 ta’ Mejju.   Fit-8 ta’ Ġunju imbagħad se jitnaqqsu aktar miżuri. 

Fil-fatt fil-Belġju minn nhar it-Tnejn beda jkun obbligatorju li kull min juża it-trasport pubbliku, fl-iskejjel u fuq il-postijiet tax-xogħol, irid jilbes il-maskra. Kull ċittadin fil-Belġju irċieva maskra ta’ protezzjoni waqt li s-sidien tal-postijiet tax-xogħol ingħataw struzzjonijiet biex jipprovdu maskri protettivi lill-impjegati tagħhom.  Fil-Belġju baqgħu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet marbutin ma’ ġemgħat ta’ nies.   Fil-11 ta’ Mejju se jiftħu il-ħwienet, li hu ġimgħa qabel dak ippjanat.  Ħwienet fejn ikun hemm kuntatt mal-qrib bħal ‘hairdressers’ mhux se jiftħu fl-11 ta’ Mejju.  Ir-ristoranti, bars u kafeteriji mhux se jiftħu f’Mejju, għalkemm hu mistenni li dawn jiftħu fil-bidu ta’ Ġunju.  Il-gvern Belġjan qed jikkunsidra li jħalli attivitajiet fil-beraħ ta’ gruppi żgħar. Attivitajiet kbar tal-massa se jibqgħu projbiti sa mill-inqas l-aħħar ta’ Awwissu.

Jekk nieħdu l-Italja naraw li l-Gvern għaddej bit-tieni fażi tal-pjan tiegħu fejn nhar it-Tnejn xejn inqas minn 4.5 ħaddiem fl-Italja irritornaw għax-xogħol. L-Italja imma kienet karatterizzata minn konfużjoni sħiħa dwar liema attivitajiet għandhom jitħallew.  Bars fiċ-ċentru ta’ Ruma qed joffru ukoll servizzi ta’ ‘takeaway’.

SOURCE: JOHN HOPKINS UNIVERSITY

Fi Franza ukoll qed isiru preparamenti. biex jiġu llaxkati l-miżuri. Filfatt, il-Gvern Franċiż qal li mhux se jkun hemm kwarantina għal persuni li jkunu qed jivvjaġġaw lejn Franza minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. L-imwiet fi Franza komplew jonqsu, tant li l-Ħadd l-imwiet kienu ta’ 135 persuna.  B’kollox fi Franza mietu  kważi 25,000 persuna li hi l-ħames l-ogħal wara. L-akbar ammont ta’ imwiet kienu fl-Istati Uniti, l-Italja, ir-Renju Unit u Spanja.

Xi ħaġa interessanti ferm, ħarġet mill-Finalanjda. Hemmhekk il-Gvern iddeċieda li jagħti €100 lil kull ċittadin. L-għan ta’ dan hu li terġa’  tqum malajr kemm jista’ jkun l-ekonomija. Fil-Finlandja mietu 230 persuna b’dan il-virus u l-ammont ta’ dawk infettati kien ta’ ftit aktar minn 5,000 persuna.

Aħbar pożittiva ħafna ħarġet mis-Slovakkja u dan hekk kif dan il-pajjiż żewġ stadji ta’ kif kellhom jiġu mnaqqsin il-miżuri ta’ kontroll, inbidlu u ingħaqdu f’wieħed. Fil-fatt fis.-6 ta’ Mejju kellhom jiftħu il-ħwienet u s-servizzi, waqt li ristoranti u kafeteriji jibqgħu magħluqin. Fis-Slovakkja kien hemm 1,413 infezzjonijiet u mietu 25 persuna.

Spanja, il-Ġermanja,  il-Greċja u l-Portugal ukoll bdew jirrilaxxaw il-miżuri. Fil-Ġermanja bdew anke jiftħu xi mużewijiet.

Il-fatt li qed jitneħħew il-miżuri se jibda jnaqqas il-pressjoni minn fuq l-ekonomiji.  Minkejja dan l-effett fuq l-ekonomija hu meqjus bħala wieħed sostanzjali. Il-Bank Ċentrali Ewropew qed ibassar li l-ekonomija fiż-żona Ewro se tiċkien b’5 fil-mija matul din is-sena.   Hemm tbassir ieħor li jgħidu li din se tiċkien saħansitra bi 8  u 12 fil-mija. 

Fil-Portugall, il-barbiera u l-hair dressers ingħataw permess jiftħu l-ħwienet tagħhom. Kumplessi ta’ ħwienet kbar, se jkunu jistgħu jiftħu fl-1 ta’ Ġunju. Fit-18 ta’ Mejju se jiftħu ir-ristoranti, iżda dawn se jkunu b’kapaċità imnaqqsa ta’ 50 fil-mija.  F’Ateni, ukoll fetħu is-salons, għalkemm in-nies flok jistennew ġewwa, jistennew barra. 

Share With: