L-inċidenti tat-traffiku jonqsu bi 8.2%

In-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rappurtati fl-ewwel tliet xhur tas-sena kienu 8.2% inqas minn dawk rappurtati fl-istess perjodu tal-2019.

Dan jirriżulta minn ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li juru kif bejn Jannar u Marzu li għadda kien hemm żewġ inċidenti tat-traffiku fatali. F’dawn it-tliet xhur seħħew 3,357 inċident bin-numru ta’ dawk li jweġġgħu kienu 306, 15% anqas mill-istess perjodu ta’ sena ilu.

F’dawn l-inċidenti kien hemm 59 persuna li sofrew ġrieħi gravi b’36 ikunu xufiera, disa’ passiġġieri u 14-il persuna kienu mexjin jew fuq rota. Miż-żewġ każijiet fatali persuna kienet xufier mentri l-vittma l-oħra kienet miexja. Bejn Jannar u Marzu 2019 kienet mietet persuna waħda biss.

L-istatistika turi wkoll li 66.1% ta’ dawk li weġġgħu gravi kienu rġiel inkluż taż-żewġt imwiet.

Share With: