L-involviment tal-Europol fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ DCG ma qata’ qatt

L-involviment tal-Europol fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galiza ma qata’ qatt.

Il-Korp tal-Pulizija qiegħed jiċċara dan wara li sar magħruf li saret talba lill-Avukat Ġenerali ta’ Malta biex jitlob l-appoġġ ta’ din l-aġenzija Ewropea bħala parti mill-investigazzjoni li dwarha diġa’ tressqu numru ta’ persuni l-Qorti.

Is-sehem tal-Europol beda minn stadju bikri u għadu għaddej sal-lum il-ġurnata.

Share With: