Lautaro Martinez ikompli jagħmel pressjoni sabiex imur ma’ Barcelona

Jidher li l-attakkant Arġentin ta’ Inter, Lautaro Martinez, diġá għażel lil Barcelona bħala t-team li jmiss għall-istaġun li ġej.

Il-player internazzjonali Sudamerikan jippreferi lil Blaugrana milli lil Manchester United, Chelsea u Paris St Germain li wkoll urew interess fih.

Min-naħa tagħhom Barcelona mhux lesti li jħallsu f’daqqa s-somma ta’ €111-il miljun bil-klawsola fil-kuntratt b’kollox. Huma jixtiequ li din iċ-ċifra titħallas bil-mod minħabba li bħalissa għaddejjin minn problemi finanzjarji bl-impatt negattiv li ħalliet l-Covid-19. 

Huwa għalhekk li l-Katalani qed joffru lill-players tagħhom Arturo Vidal jew Junior Firpo bħala alternattiva iżda mid-dehra in-Nerazzurri ftit huma interessati fihom.

Huwa mifhum li fis-sigħat li għaddew Martinez għamel pressjoni fuq Inter sabiex iċedu xi ħaġa għax għandu r-rieda li jibda avventura ġdida fi Spanja.

Share With: