LIVE: Disgħa mill-14-il każ pożittivi ma kellhomx sintomi għall-COVID-19

COVID-19 – Press Briefing 16-05-2020

COVID-19 – Press Briefing 16-05-2020

Posted by Covid19 Malta on Saturday, May 16, 2020

Matul l-aġġornament ta’ kuljum, il-Professur u Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, ikkonfermat li matul l-aħħar 24 siegħa nstabu 14-il każ ġdid ta’ COVID-19. Dan wara numru rekord ta’ swab tests li saru lbieraħ, bit-total jammontaw għal 1,727 swab test.

Il-Profs qalet li disgħa minn dawn kienu bla sintomi u l-ħamsa l-oħra kellhom sintomi. Il-każi kienu jikkonsistu fi erbgħa irġiel li tnejn minnhom jaġdmu f’kumpanija u ieħor li jaħdem fi stabbiliment. Każ ieġor huwa ta’ mara li taħdem f’ħanut ta’ take away. Il-Profs. Gauci kkjarifikat li l-ħanut safa magħluq bħala azzjoni immedjata. Is-sitt każ huwa ta’ Għawdxi li jaħdem fis-settur pubbliku li ma żbiluppa l-ebda sintomi.

Is-Supretendent qalet li kif jixhdu l-każijiet tal-lum, qed ikun varjetà ta’ nies li jaħdmu f’oqsma differenti. Fil-fatt fl-aġġornament tal-lum kien hemm tliet każi ta’ nies li jaħdmu fis-settur tas-saħħa.

Il-Prof. Gauci kkonfermat ukoll li fl-aħħar 24 siegħa fiqu żewġ persuni oħra, biex issir f’pajjiżna hawn 90 każ attiv tal-imxija COVID-19. L-età ta dawk li fiqu jvarjaw bejn 30 u 45 sena.

Share With: