Lowla, il-fenka salvata minn sit tal-kostruzzjoni

Din tar-ritratt hija Lowla, fenka li ġiet salvata minn sit ta’ kostruzzjoni aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-Malta Rabbit Club ikkonferma li din tinsab tajba ħafna u kif iseħħ f’kull salvataġġ, din l-fenka qed tinżamm fi kwarantina. Il-klabb żied jgħid li l-fenka qiegħda tiekol normali però tinsab ftit konfuża u għalhekk biex tikkalma dawk li qed jieħdu ħsiebha qed joħorġuha ftit qalb in-natura.

Il-klabb irringrazzja lil dawk kollha involuti f’dan is-salvataġġ, anke minħabba li din il-fenka setgħet spiċċat fil-periklu kieku mhux għall-ħidma tas-salvataġġ imsemmija.

Share With: