Luigi Sepe it-tieni goalkeeper ta’ Napoli?

L-aġent Marco Giuffredi qed jitkellem mad-diriġenti ta’ Napoli hekk kif issuġġerixxa li t-tieni goalkeeper tat-team għall-istaġun li ġej għandu jkun Luigi Sepe. Huwa għandu 28 sena u kien proprjetá tal-Partenopei għalkemm riċentement huwa kien qed jilgħab b’self ma’ Parma li eventwalment xtraw is-servizzi tiegħu. Giuffredi hu tal-parir li dan il-goalkeesper issa għandu l-esperjenza meħtieġa biex jagħmel il-qabża fil-kwalitá anke għax kien qed jilgħab bħala goalkeeper regolari mad-Ducali.

Hu fatt magħruf li l-Kolombjan David Ospina se jitlaq lil Napoli biex jibda avventura ġdida u d-direttur sportiv Cristiano Giuntoli qed jipprova jfittex sostitut għalih.

Il-coach ta’ Napoli Gennaro Gattuso jammira ħafna lil Sepe u jixtiequ jkun parti mill-iskwadra Partenopea għall-istaġun li ġej.

Fil-passat Sepe kellu ċ-ċans jilgħab darbtejn ma’ Napoli u qed jittama li l-wirjiet li ta riċentement ikunu jistgħu jgħinuh jirritorna jilgħab fi Stadio San Paolo.

Share With: