Luis Suarez qed jissemma’ ma’ Inter Miami

Hekk kif l-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez se jkun qed jiskadilu l-kuntratt mal-Blaugrana f’Ġunju tas-sena d-dieħla, hu qed iħares madwaru sabiex jara x’se jkun il-futur tiegħu. Fl-istess waqt il-club mill-Katalunja qed jibqa’ jsemmi lil Lautaro Martinez li mistenni jkun il-werriet tal-attakkant veteran Urugwajan. Dan tal-aħħar ma jixtieqx iqatta’ l-aħħar sena tiegħu ma’ Barcelona fuq il-bank tas-sostituti u għalhekk qed jaħseb x’għandu jagħmel.

Il-club li jilgħab fil-Major League Soccer Amerikan, jiġifieri Inter Miami, qed ifittex li jakkwista s-servizzi ta’ Suarez. Is-sid ta’ dan il-club huwa l-eks player internazzjonali Ingliż David Beckham, jixtiequ parti mit-team tiegħu fil-futur. 

Jidher li matul dan is-sajf iż-żewġ diretturi sportivi rispettivi se jkunu qed jaħdmu fuq din il-possibbiltá, bi Suarez li jista’ jilbes il-flokk numru 9 tal-club mill-Istati Uniti.

Share With: