Magħrufa l-klassifikazzjonijiet kollha fl-ewwel żewġ diviżjonijiet fi Franza

Paris St Germain ġew mogħtija t-titlu ta’ champions ta’ Ligue 1 wara li l-istaġun ġie mitmum minħabba l-pandemija tal-coronavirus, qal il-Kampjonat Franċiż (LFP), il-Ħamis.

Il-Pariġini għandhon vantaġġ ta’ 12-il punt fuq t-team ta’ warajhom, Marseille, meta l-istaġun ġie sospiż bħala parti mill-miżuri tal-Gvern Franċiż biex jilqa’ għall-imxija tal- virus qerriedi.

Rennes, li jinsabu t-tielet, ukoll ikkwalifikaw biex jilagħbu fit-Tazza taċ-Champions, waqt li Lille, Reims u Nice, ikkwalifikaw għall-Europa League.

L-LFP anke ddikjara lil Lorient bħala champions ta’ Ligue 2, waqt li Amiens u Toulouse ġew relegati, b’Lens, li jinsabu fit-teni post, ġew promossi.

Nhar it-Tlieta li għadda, il-Prim Ministru Edouard Philippe, qal li l-istaġun 2019-20 tal-isports professjonali, inkluż il-football, mhux se jerġgħu jibdew.

Share With: