Manchester United iwiddbu lil Marcos Rojo

Manchester United mistenni jwiddbu lid-difensur Arġentin, Marcos Rojo, wara filmat tal-imġieba tiegħu wera li kiser ir-regoli tal-lockdown tal-pandemija tal-coronavirus. 

Rojo, li bħalissa jinsab b’self ma’ Estudiantes, fil-filmat jidher jilgħab il-poker u jpejjep flimkien ma’ sħabu kif ukoll ma’ ħuh, Franco, li għandu 30 sena. 

Dan il-filmat ġie ċċirkolat fuq il-media soċjali iżda wara xi sigħat ġie mħassar. 

Ir-regoli tal-lockdown, fl-Arġentina, se jibqgħu fis-seħħ sal-10 ta’ Mejju. Rojo, li għandu 30, huwa l-aħħar player li naqas li josserva r-regoli tal-lockdown. 

Il-captain ta’ Aston Villa, Jack Grealish, kif ukoll Kyle Walker (Manchester City) u Moise Kean (Everton), ittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tagħhom wara li injoraw regoli tal-gvern fir-rigward tad-distanza soċjali. 

Share With: