Mat-tokki ta’ nofsinhar il-knejjes Maltin ifakkru l-VE Day

Mat-tokki ta’ nofsinhar knejjes madwar Malta u Għawdex se jkunu qed idoqqu l-qniepen tagħhom biex ifakkru l-75 sena mill-VE Day, il-jum li timmarka tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Għall-okkażjoni numru ta’ kmamar ħarqu wkoll numru ta’ murtali biex ifakkru dan l-avveniment storiku. Fost dawn kien hemm il-Kamra tan-nar Sant’Andrija fi ħdan il-Każin Banda Unjoni f’Ħal Luqa.

L-anniversarju tal-VE Day, se jkun imfakkar madwar l-Ewropa kollha, hekk kif il-kontinent għadu jiffaċċja miżuri ta’ lockdown kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Ir-Renju Unit se tkun qed iżżomm żewġ minuti ta’ silenzju, bir-Reġina Eliżabetta II tagħmel diskors lin-nazzjon.

Franza u Ġermanja se jkunu qed iżommu ċerimonji fil-magħluq.

Avvenimenti oħrajn madwar l-Ewropa se jkunu qed ifakkru tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, madankollu avvenimenti tal-massa għadhom ipprojbiti.

Share With: