Mehdi Benatia jeħodha kontra Juventus
L-ex difensur ta’ Juventus Mehdi Benatia tkellem dwar iż-żmien li qatta’ fl-Allianz Arena u kif Massimiliano Allegri, li kien coach tal-Bianconeri kien tradixxa l-istennija tal-plejer Marokkin.
Il-player ta’ 33 sena qal li bħalissa qed jilgħab ma’ Al Duhail fil-Qatar u ammetta li jinsab għal qalbu ħafna.
Benatia ma qagħadx lura sabiex jikkritika lill-ex club tiegħu fejn qal li għadu jżomm ġo qalbu xi affarijiet li ma stenniex li se jiġru.
Hu mar lura għal-logħba li Juventus kellhom kontra Napoli sentejn ilu u li kienu tilfu bl-iskor ta’ 1-0 grazzi għall-goal ta’ Kalidou Koulibaly. Huwa qal li kulħadd kien iddiżappuntat kif waslet din it-telfa iktar u iktar għax id-diriġenti tal-club bdew jagħtu t-tort lilu għal kif wasal il-goal. Tant hu hekk li Allegri naqas milli jsejjaħlu għal-logħba kontra Inter.
Benatia ħadha b’mod personali u qal li jiddispjaċih li huwa dejjem mexa b’mod professjonali bl-attitudni tiegħu b’mod partikolari fis-sessjonijiet ta’ taħriġ u waqt il-logħob mal-Bianconeri.
Huwa temm jgħid li minkejja li Juventus hu kapitlu magħluq, xorta għadu jżomm f’qalbu ċerti affarijiet.



