Meta hu l-aħħar ċans biex tapplika għall-eżamijiet tal-MATSEC?

Il-Matsec tixtieq tavża lil dawk kollha li jixtiequ jpoġġu għall-eżamijiet tal-Matrikola f’Settembru li ġej u li għadhom ma rreġistrawx biex jagħmlu dan, għandhom ċans biex jagħmlu dan bejn l-4 u l-10 ta’ Mejju minn fuq is-sit tal-Matsec https://www.um.edu.mt/matsec/apply/.

Jekk l-istudenti li applikaw għas-sezzjonijiet ta’ Mejju jixtiequ jpoġġu għall-istess eżami, m’għandhomx bżonn jirreġistraw għax id-dettalji tagħhom se jkunu qed jiġu trasferiti b’mod awtomatiku għas-sezzjonijiet ta’ Settembru.

L-istudenti f’dan il-każ għandhom japplikaw biss biex ikunu jistgħu jagħmlu xi eżami ta’ suġġett li ma kinux applikaw għalih qabel.

Jekk xi studenti jixtiequ jagħmlu xi tibdil fl-applikazzjonijiet tagħhom; eżempju applikazzjoni ta’ suġġett f’livell intermedju u issa tixtieq li tagħmel dan l-eżami fuq livell avvanzat tista’ tagħmel dan minn fuq reġistrations.matsec@um.edu.mt. 

L-applikanti l-ġodda jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f’Settembru iżda mhux se jkunu eleġibbli biex jagħmlu r-resit f’Diċembru.

Studenti li applikaw għall-eżamijiet tas-SEC se jkollhom jerġgħu japplikaw f’Lulju.

Il-MATSEC tixtieq tavża li dan huwa l-aħħar ċans u mhux se tkun qiegħda taċċetta applikazzjonijiet aktar tard mid-dati mogħtija.

Share With: