Mil-lum it-timijiet Taljani se jinżlu għat-taħriġ

Timijiet tas-Serie A se jkunu jistgħu jibdew sessjonijiet ta’ taħriġ individwali mil-lum it-Tnejn fil-kriżi Covid-19, skond ittra mibgħuta mill-Ministeru tal-Intern Taljan lill-awtoritajiet lokali.

Il-Prim Ministru, Giuseppe Conte, il-Ħadd ta’ qabel kien qal li t-taħriġ individwali jista’ jibda fl-4 ta’ Mejju u t-taħriġ tat-team fit-18 ta’ Mejju, biss għall-Ministru tal-Isport, Vincenzo Spadafora, huwa qal li l-atleti fi sport individwali jistgħu jibdew it-taħriġ mill-4 ta’ Mejju u li dawk fl-isport tat-timijiet għandhom jistennew sat-18 ta’ Mejju.

Bologna, ibbażata fir-reġjun ta’ Emilia Romagna fejn ingħata permess speċjali għall-atleti fl-isport tat-timijiet biex jieħdu sehem f’ses­sjonijiet ta’ taħriġ fuq bażi individwali mill-4 ta’ Mejju, qalu li l-players jistgħu jerġgħu jibdew it-taħriġ minn għada t-Tlieta.

Ir-reġjun ta’ Campania, li jinkludi lil Napli, qal ukoll li l-players jistgħu jibdew it-taħriġ. Napoli għad iridu jikkummentaw.

Share With: