Ministru Brittaniku jwissi li m’hemm l-ebda garanzija li se jinstab vaċċin għall-coronavirus

“L-Ingilterra jaf ikollha tidra tgħix fid-dell tal-coronavirus hekk kif ma hemm l-ebda garanzija li se jkun qed jinstab vaċin.” Qal dan is-Segretrju Brittaniku għas-Saħħa Matt Hancockf’kumment li ta fuq stazzjon tat-televiżjoni aktar kmieni dalgħodu.

F’intervista li kopriet diversi aspetti tal-pandemija, Hancock qal m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-virus tal-Covid-19 inħoloq mill-bniedem. Din id-dikjarazzjoni tikkontradixxi dak li qed jintqal minn uħud tal-amministrazzjoni ta’ Trump.

Fir-rigward tal-vaċin, fl-intervista li xxandret fuq Sky News, Hancock qal li “m’hemm l-ebda garanzija li se jinstab vaċċin, u jekk dan ma jkunx jista’ jinstab allura jkollna nitgħallmu ngħixu flimkien mal-virus.

Meta kien qed iwieġeb dwar jekk iqisx bħala koinċidenza li żewġ laboratorji f’Wuhan kienu qed jagħmlu riċerka fuq il-coronavirus qabel il-pandemija, Hancock qal li “m’hemm l-ebda evidenza dwar dan. S’issa m’hemm xejn li jindika li l-virus inħoloq mill-bniedem.”

Share With: