Minn għada l-ilbies tal-maskra fil-komunità jsir obbligatorju f’ċertu postijiet … kif tużaha?

Minn għada, l-ilbies tal-maskra fil-komunità isir obbligatorju meta wieħed jidħol f’ħanut, f’fergħa ta’ bank jew meta juża t-trasport pubbliku.

Meta tilbes maskra:

  • Kun ċert li l-maskra tgħattilek wiċċek kollu minn fejn jibda l-imnieħer sa’ taħt geddumek u li tkun issikkata ma’ wiċċek;
  • Qabel ma tilbes jew tneħħi l-maskra aħsel idejk bl-ilma u s-sapun jew b’sanitizer tal-alkoħol;
  • Qatt tmiss wiċċek jew il-maskra wara li tkun ilbistha;
  • Meta tiġi biex tneħħi l-maskra ibda neħħiha minn wara fejn hemm iċ-ċineg u ara li qatt ma tmissha mill-parti ta’ quddiem;
  • Jekk il-maskra tiegħek tintuża darba, qis li tarmiha b’mod sigur;
  • Jekk il-maskra tiegħek tista’ tintuża aktar minn darba, aħsilha minnufih wara kull darba li tużaha b’deterġent normali u f’temperatura ta’ 60 grad Celsius. Nilbsuhom biex ma nferrxux il-virus bla ma nafu.
Share With: