Miralem Pjanic: Juventus jirrappreżentaw il-perfezzjoni assoluta

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Juventus Miralem Pjanic faħħar lit-team tiegħu u Juventus b’mod esaġerat fejn ġie kkwotat jgħid li jirrappreżentaw il-perfezzjoni assoluta. Huwa żvela wkoll li seta’ ingħaqad maċ-champions Taljani sa mis-sena 2014 meta kien għadu fl-aqwa tiegħu bħala player ta’ Roma. Fil-veritá, il-player mill-Bosnja wasal f’Turin f’Lulju 2016 għas-somma ta’ 32 miljun ewro u stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa midfielders fis-Serie A meta rebaħ tliet Scudetti, żewġ Coppa Italia u Super Cup Taljana.

Pjanic, li qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Paris St Germain, qal li l-fatt li tidħol fid-dressing room u tara dawk l-ismijiet kollha jilagħbu mal-Bianconeri hi emozzjoni mill-isbaħ.

Fuq il-fatt li qed jiġi msemmi li se jitlaq lill-Bianconeri, Pjanic kien skjett meta qal li bħalissa moħħu li jerġa’ jibda s-sessjonijiet ta’ taħriġ mal-grupp tiegħu imbagħad jekk id-diriġenti jkollhom pjaċir bih jaċċetta li jibqa’ jifforma parti minn din l-iskwadra.

Finalment Pjanic tkellem dwar l-ossessjoni li għandhom diversi partitarji fuq il-UEFA Champions League fejn sostna li bħalissa huma għadhom f’din il-kompetizzjoni u jekk tkompli huma se jkomplu jisfidaw għar-rebħ tagħha.

Share With: