“Nafu li sakemm jinstab vaċċin ħajjitna ma tistax tirritorna għan-normal”

Charles Belli, Malti emigrant li ilu 50 jum fi kwarantina

Minn VICTOR VELLA

“Nafu li sakemm jinstab vaċċin għal dan il-virus li wassal għal ħafna imwiet u biex ħafna nies oħra mardu, ħajjitna ma tistax tirritorna għan-normal. Ilna issa 50 jum fi kwarantina. Ma niċċaqilqux minn ġo darna”. Dan iddikjarah f’kummenti lil Inewsmalta Charles Belli, immigrant Malti li jgħix f’Victoria.  Charles, jispiċċa jara lil uliedu biss minn wara l-ħġieġ tad-dar kull meta dawn imorru jżuruh, jew inkella joħorġu fejn il-bieb u jitkellmu f’distanza ta’ diversi metri ma’ uliedhom u n-neputijiet.  Charles jitkellem magħna dwar app kontroverjali li nieda l-Gvern Awstraljan li tkun installata fuq il-mowbajl u biha jkun jaf il-movimenti ta’ persuni infettati.

Charles u martu, magħluqin fi kwarantina, ma setgħux lanqas igawdu sew aħbarijieħ tan-neputija tagħhom li qed tistenna tarbija.  F’waħda mill-okkażjonijiet kienet in-neputija stess li marret b’ritratt tat-tarbija fil-ġuf, liema ritratt rawh minn wara it-twieqi.

Charles u martu ilhom fi kwarantina għal xejn in qas minn 50 jum

Charles meta kkummenta magħna qalilna li “marti u jien bdejna kwarantina volontarja eżattament f’nofs Marzu. Ġimgħa qabel introduċewha l-awtoritajiet f’Victoria. Aħna nitħallew biss inmorru nixtru mis-supermarkets affarijiet essenzjali jew biex nagħmu appuntamenti mat-tabib.  L-infezzjonijiet  jidher li qed inaqqsu u hemm xi stati li bdew ukoll jillaxkaw il-miżuri. Per eżempju hemm stati li qed issa iħallu grupp ta’ ħames persusni u mhux tnejn f’postijiet pubbliċi.  F’xi stati it-tfal qed imorru ukoll l-iskola waqt li xi xtajiet popolari infetħu ukoll għan-nies. Kien hemm każi ukoll fejn xi bajjiet kellhom jerġgħu jingħalqu għax in-nies ma bdewx isegwu id-distanzi soċjali.  Hawnhekk f’Victoria huma ħafna aktar diliġenti. It-tfal qed jagħmlu l-edukazzjoni mid-djar u restrizzjonijiet tal-kwarantina għandhom infurzati. L-awtoritajiet hawnhekk qed joqogħdu attenti qabel jillaxkaw il-miżuri minħabba dak li ġara f’pajjiżi oħra meta illaxkaw.”

Jisħaq li “aħna nifhmu kemm hu importanti li wieħed joqgħod kwarantina u jsegwi l-ordnijiet. Imma aħna qegħdin inħossu in-nuqqas tat-tfal u n-neputijiet.  Biss dan hu l-mod kif aħna ma nispiċċawx vittmi ta’ dan il-virus u nafu li sakemm jinstab vaċċin il-ħajja ma tistax tirritorna għan-normal kif kienet.”

Charles jgħidilna li “il-gvern federali introduċa app mal-mowbajl li biha jista’ jsegwi persuni infettati.  Il-gvern għamilha ċara li se jżomm kollox kunfidenzjali.  Din l-app għandha tgħin biex tikkontrolla aktar il-firxa tal-imxija.  Li qed jiġri li ħafna nies m’għandhomx fiduċja fis-sistema għax qed jarawha bħala ksur tad-data personali tagħhom. Minn popolazzjoni ta’ xi 25 miljun huma 2 miljuni li installaw din l-app. Il-Gvern mill-banda l-oħra qed jgħid li għandu bżonn madwar 9 miljun persuna oħra biex imbagħad ikun jista’ jara l-ewwel riżultati.  Fil-bidu l-gvern ried li tkun installata bilfors iżda imbagħad wara oġġezzjonijiet minn għaqdiet għad-drittijiet ċivili, il-Gvern irtira lura u m’għamilhiex bilfors.  Ħafna nies mhux qed jafdaw is-sistema”, temm jgħid Charles Belli.

Share With: