Pajjiżna jintroduċi mediċina oħra ġdida kontra l-kanċer

Mediċina għall-kanċer tas-sider fi stadju avvanzat, fluvestrant injection, iddaħħlet fil-formularju tal-Gvern u se tkun qed tingħata b’xejn lill-pazjenti li jkollhom bżonnha.

Huwa stmat li madwar 15-il pazjenti kull sena se jkunu qegħdin jingħataw din il-mediċina.

Din il-miżura hija b’konformità ma’ dak li wegħdna fil-Programm Elettorali ta’ Ġunju 2017 li l-ġlieda kontra l-kanċer tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin fil-qasam tas-saħħa. Din l-aħħar miżura hija f’din id-direzzjoni u biha se nkunu qegħdin nagħtu dinjità u tama ġdida lil pazjenti milqutin minn din il-marda.

Matul l-aħħar snin ddaħħlu fuq il-formularju tal-gvern diversi mediċini għall-kanċer fosthom għall-kanċer tas-sider, prostata, pulmun u ġilda. Matul l-2020 biss, huwa stmat li l-Ministeru għas-Saħħa se jkun qed jonfoq madwar €18-il miljun ewro għall-mediċini ġodda tal-kanċer.

Share With: