Persuni li jivvjaġġaw bl-ajru minn Franza għall-Ingilterra mhux se jinżammu fi kwarantina

Passiġġieri bl-ajru li se jkunu sejrin lejn ir-Renju Unit minn Franza mhux se jkollhom għalxiex joqogħdu fi kwarantina, wara li ż-żewġ pajjiżi leħqu ftehim reċiproku. 

Madankollu, ilbieraħ filgħaxija l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li daqt jasal iż-żmien li tkun imposta kwarantina fuq dawk in-nies li jaslu fil-pajjiż permezz tal-ajru. Iżda, imbagħad żied jgħid li dawn il-miżuri mhux se jkunu japplikaw għal dawk li jkunu ġejjin minn Franza. 

Jidher li Johnson u l-President Franċiż Emmanuel Macron ftehmu dwar dan permezz ta’ telefonata li kellhom ilbieraħ stess. Fi stqarrija konġunta qalu li kull miżura miż-żewġ naħat se tittieħed b’ mod reċiproku bejn it-tnejn. 

Biex dan ikun jista’ jsir, iż-żewġ pajjiżi waqqfu grupp ta’ ħidma biex issir konsultazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin. 

Share With: