Persuni “qaqoċċa” f’Buġibba joħolqu furur fuq il-midja soċjali

Aktar kmieni dalgħodu reġgħet feġġet xena li xejn ma niżlet tajjeb ma’ dawk li kienu preżenti u oħrajn li rawha aktar tard fuq ritratti li dehru fuq il-midja soċjali.

Dawn tar-ritratt huma persuni li nġabru “qaqoċċa” fil-venda ta’ Buġibba u li mhux biss ma kinux qed iżommu d-distanza soċjali, iżda uħud minnhom kienu qed jonqsu wkoll milli jilbsu l-maskra skont kif suġġerit mill-awtoritajiet.

Wara diversi jiem li fihom is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret aktar persuni li fiequ minn dawk infettati u konfermati każijiet ġodda, ilbieraħ il-każijiet attivi reġgħu qabdu t-tela’ hekk kif kien hemm seba’ każijiet ġodda u persuna waħda biss li fieqet.

Share With: