Raġel jaqa’ minn għoli f’San Ġiljan

Raġel sofra xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident fi Triq Lapsi San Ġiljan.

Għall-ewwel il-Pulizija daħlilhom rapport li kien hemm persuni li għal xi raġuni kienet waqgħet f’Shaft, iżda meta marru fil-post irriżulta li kien hemm raġel li waqa’ f’bir.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għen lir-raġel li l-identità tiegħu għadha mhijiex magħrufa jinħareġ minn ġol bir.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: