Raġel mill-Għarb arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga

Raġel ta’ 34 sena mill-għarb safa arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga.

Mill-investigazzjonijiet illi saru mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga rriżulta li l-Ġimgħa filgħodu, ir-raġel deher ħiereġ mir-residenza tiegħu fl-Għarb fejn saq lejn il-Qala u hemmhekk deher dieħel f’residenza oħra. Wara xi ħin hemmhekk, ir-raġel ħareġ u saq lejn ir-Rabat.  

Kien hawn, li l-Pulizija, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130 hrs) iċċirkondaw il-vettura fi Pjazza tat-Tokk. Fi tfittxija li saret fil-vettura l-Pulizija sabu basket żgħir u fih kien hemm sustanza bajda suspettata droga kokaina. 

It-tfittxijiet mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti mis-Sezzjoni tal-Klieb, issoktaw fir-residenza tar-raġel fl-Għarb, kif ukoll fil-post fejn ir-raġel daħal fil-Qala. F’dawn it-tfittxijiet instabu sustanzi suspettati kokaina u eroina. 

Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat illi ġejjin. 

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Simone Grech.

Share With: