[RITRATTI] Il-Belt u Tas-Sliema jerġgħu jibdew jieħdu l-ħajja

Ritratti: ALAN SALIBA u ROGER AZZOPARDI

Hekk kif mil-lum bdew japplikaw it-tnaqqis fir-restrizzjonijiet imħabbrin mill-Gvern il-ġimgħa li għaddiet, b’numru ta’ ħwienet mhux essenzjali jiftħu mill-ġdid għan-negozju wara ġimgħat kaġun tal-pandemija tal-coronavirus, it-toroq fil-Belt Valletta reġgħu bdew jieħdu l-ħajja mill-ġdid. L-istess żieda fl-attività kienet reġistrata f’lokalitajiet oħrajn, primarjament Tas-Sliema.

In-nofstanhar ta’ filgħodu kien ikkaratterizzat minn sidien tal-ħwienet jagħmlu l-preparamenti biex jaċċertaw ruħhom li għandhom fis-seħħ kl-prekawzjonijiet ta’ saħħa għall-klijentela tagħhom.

Il-Gvern ordna lill-ħwienet mhux essenzjali biex jagħlqu nhar it-22 ta’ Marzu li għadda, hekk kif il-każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19 kulma jmur beda jiżdied.

Madankollu hekk kif ikkonfermat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, u mill-awtoritajiet tas-saħħa, il-miżuri li ddaħħlu fis-seħħ mill-Gvern taw il-frott tagħhom, bir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus issa tinżel taħt il-wieħed, b’dan iwassal lill-awtoritajiet biex itaffu wħud mill-miżuri.

Intant filwaqt li l-biċċa l-kbira tan-negozji reġgħu fetħu għall-pubbliku, għad hemm fis-seħħ restrizzjonijiet li jridu jiġu osservati, fosthom kemm jistgħu jidħlu persuni fl-istess ħin f’ħanut, u l-esiġenza li l-persuni jilbsu maskra qabel ma jidħlu fin-negozji.

Share With: