Roma jsegwu żewġ players Arġentini

Roma qed ikomplu jħarsu lejn il-progress taż-żewġ players Arġentini, Nahuel Bustos ta’ Talleres u Gonzalo Montiel ta’ River Plate.

Id-direttur sportiv ta’ Roma Gianluca Petrachi jista’ jispiċċa mill-kariga tiegħu fl-aħħar ta’ dan l-istaġun għalkemm xorta se jkun qed jaħdem biex iġib lejn il-belt kapitali lil dawn iż-żewġ players emerġenti.

Roma qed iħarsu lejn Bustos ladarba ma jakkwistawx is-servizzi tal-attakkant Moise Kean. Dan il-player jilgħab ma’ Talleres u skorja disa’ goals f’20 partita filwaqt li se jkun qed jiġi inkluż fit-team Olimpiku tal-Arġentina s-sena d-dieħla.

Montiel huwa difensur versatili li jista’ jaqdi sew il-bżonnijiet tal-coach Paulo Fonseca.

Share With: