Seba’ każijiet ġodda… Jiżdiedu l-każijiet attivi hekk kif kien hemm persuna biss li fieqet

Waqt l-aħħar konferenza bl-aħħar żviluppi relatati mal-Covid-19 f’pajjiżna, il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li kien hemm persuna li rkuprat mill-virus.

Minn 778 swab test li saru lbieraħ kien hemm seba’ persuni li rriżultaw pożittivi. B’hekk meta wieħed jelimina lil dawk li fiequ u lil dawk li sfortunatament mietu, il-każijiet attivi f’pajjiżna jibqa’ ta’ 64 persuna.

Il-każijiet ġodda:

-Cluster ta’ żewġ persuni. Omm u bintha ta’ sentejn. L-omm ta’ 41 sena li bdiet bis-sintomi fid-9 ta’ Mejju u bintha bdiet bis-sintomi ġurnata qabel. Qed isiru testijiet lill-kumplament tal-familja.

-Cluster ta’ tliet persuni li jaħdmu fl-istess ward ta’ cluster li tħabbar lbieraħ. Qed isiru t-testijiet neċessarji.
Dawn huma Maltija ta’ 47 sena li hija Health Care Worker li bdiet bis-sintomi fl-10 ta’ Mejju.
Malti ta’ 24 sena li rriżulta pożittiv minn testijiet li qed isiru.
Maltija ta’ 26 sena li wkoll ma kellha l-ebda sintomi, iżda rriżultat pożittiva minn testijiet li qed isiru.

-Malti ta’ 41 sena li jaħdem bħala Health Care Worker f’Carin Grech u rriżulta pożittiv minn testijiet ta’ rutina li qed isiru.

-Maltija ta’ 30 sena li akkumpanjat lis-sieħeb tagħha biex jagħmel it-test, hu rriżulta negattiv minkejja li kellu xi sintomi, iżda hi rriżultat pożittiva. Hi qed tinżamm f’iżolament.

Share With: