Sebgħa mis-16-il każ ta’ dawn l-aħħar jumejn kellhom kuntatt ma’ persuna diġà pożittiva

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm persuna biss li nstabet pożittiva għall-Covid-19. fl-istess waqt kien hemm persuna oħra li kienet reġistrata bħala li rkuprat mill-virus.

Matul l-istess perjodu saru 1,560 swab test, biex b’hekk it-total tat-testijiet li saru s’issa jammontaw għal 57,784.

In-numru tal-każi attivi baqa’ l-istess bħall-bieraħ, jiġifieri 125 każ.

Bil-każ tal-lum il-każi ta’ dawn l-aħħar jumejn jammontaw għal 16-il każ, hekk kif indikat. Ħamsa mill-każi kellhom sintomi tal-virus, seba’ każijiet li ħarġu pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn li kienu diġà infettati bil-Covid-19, u erba’ każijiet fejn il-persuni ma kellhom l-ebda sintomi.

Il-ħames każijiet li kellhom sintomi:

  • Mara Maltija ta’ 85 sena, li fit-18 ta’ Mejju kellha sogħla u qtugħ ta’ nifs. Marret l-isptar minħabba dawn is-sintomi fejn qed tinżamm għall-kura. Hija tbati minn mard kroniku, madankollu tinsab f’kundizzjoni medika stabbli.
  • Mara Maltija ta’ 70 sena li fid-19 ta’ Mejju kellha sintomi ta’ uġigħ ta’ ras u għejja. Hija taħdem mid-dar.
  • Mara Maltija ta’ 56 sena li fis-17 ta’ Mejju żviluppat sintomi. Qed isir proċess ta’ contact tracing mal-membri tal-familja tagħha.
  • Tfajla Maltija ta’ 27 sena residenti Għawdex, li żviluppat sintomi fis-16 ta’ Mejju. Hija ma kinitx qed tmur xogħol dan l-aħħar.
  • Raġel Malti ta’ 23 sena li fit-18 ta’ Mejju żviluppa sintomi. Huwa jaħdem f’Għawdex u qed isir proċess ta’ contact tracing fuq il-post tax-xogħol tiegħu.

Is-seba’ każijiet li ħarġu pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn li kienu diġà infettati bil-Covid-19:

  • Żewġt irġiel, wieħed ta’ 59 sena u l-ieħor ta’ 38 sena li makellhom l-ebda sintomi. Dan għaldaqstant huwa cluster ta’ erba’ persuni.
  • Raġel Malti ta’ 45 sena li jaħdem l-Isptar Mater Dei, però mhuwiex healthcare worker.
  • Raġel Malti ta’ 72 sena li kellu d-deni fid-19 ta’ Mejju. Dan kien qed jinżamm għall-kura fl-isptar Karin Grech u kellu kuntatt ma’ persuni oħrajn li kienu diġà rriżultaw pożittivi. Huwa qed jinżamm fl-isolation Ward u qed isir proċess ta’ contact tracing.
  • Mara Maltija ta’ 69 sena li hija qariba ta’ każ ieħor pożittiv. Diġà kienet tinsab fi kwarantina.
  • Raġel ta’ nazzjonalità Filippina ta’ 33 sena li ma kellu l-ebda sintomi. Huwa jaħdem bħala carer f’dar tal-anzjani. Huwa kien ġie f’kuntatt ma’ carer ieħor li kien irriżulta pożittiv. Huwa kien diġà jinsab fi kwarantina.
  • Mara ta’ nazzjonalità Indjana ta’ 32 sena li hija carer f’Karin rech li kwllha kuntatt ma’ każ ieħor pożittiv. kienet diġà tinsab fi kwarantina.

L-erba’ każijiet li ma kellhom l-ebda sintomi u li jkunu rriżultaw pożittivi mill-enhanced testing li qed isir mill-awtoritajiet tas-saħħa.

  • Mara Maltija ta’ 71 sena li marret l-isptar Mater Dei għal trattament. Irriżultat pożittiva mit-testing li jsir.
  • Raġel Malti ta’ 56 sena li wkoll kellu bżonn jagħmel trattament l-isptar Mater Dei u li rriżulta pożittiv mit-testijiet li qed isiru ta’ rutina.
  • Raġel ta’ nazzjonalità Franċiża ta’ 59 sena li mar l-Emerġenza minħabba każ li mhuwiex relatat mal-Covid-19. irriżulta pożittiv mit-testijiet ta’ rutina. Għandu ħanut iżda rriżulta li kien qed jobdi r-regolamenti tal-awtoritajiet tas-saħħa u kien qed jilbes il-maskra.
  • Mara mill-Filippini ta’ 55 sena. Hija carer fl-isptar Karin Grech. Fil-ward fejn taħdem ma kien hemm l-ebda ka reġistrat u għaldaqstant qed isiru l-investigazzjonijiet biex jiġi determinat minn fejn ġiet l-infezzjoni.
Share With: