SEGWI LIVE: L-aġġornament tal-każi ta’ Covid-19

Fil-ħin li ġej is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci se tkun qed tagħti l-aġġornament dwar il-każi ta’ Covid-19 f’Malta u Għawdex.

Intant il-każi kumplessivi ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 f’pajjiżna huwa ta’ 477. Dan wara li lbieraħ kienu reġistrati disa’ każi ġodda ta’ infezzjonijiet. Pazjent wieħed biss għadu meqjus li jinsab f’kundizzjoni serja. Intant b’kollox irkupraw 392 pazjent, biex in-numru ta’ każi attivi jammontaw għal 81.

Se nkunu qed inxandru b’mod dirett il-konferenza tal-aħbarijiet, b’rapport dettaljat tal-każi.

Share With: