Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara li jaħbat f’karozza pparkjata

Raġel ta’ 23 sena, residenti n-Naxxar, kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident fin-Naxxar.  L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.45 p.m.fi Triq Leli Falzon.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mutur tat-tip Honda misjuq mir-raġel ta’ 23 sena,  għal xi raguni tilef il-kontroll u ħabat ġo vettura ipparkjata tat-tip Toyota Yaris.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.  

Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa Victor Axiaq li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Share With: