Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ bil-mutur fil-Qala

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur fil-Qala, Għawdex. L-inċident seħħ fi Triq il-Kunċizzjoni lbieraħ għall-ħabta tas-6.00 p.m.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel Taljan ta’ 37 sena residenti n-Nadur, Għawdex, kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Keeway Cityblade meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.  

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Share With: