Sid ta’ ħanut għandu l-obbligu li jirrifjuta li jdaħħal konsumaturi li ma jkunux lebsin maskri

Il-miżura obbligatorja li tintlibes maskra minn kull persuna li tidħol f’ħanut, tuża t-trasport pubbliku jew titla’ fuq il-vapuri tal-Gozo Channel ħarġet mill-kriterji stabbiliti fl-Att dwar is-Saħħa Pubbliku.

Madanakollu, l-awtoritajiet tas-saħħa mhumiex qegħdin hemmhekk biex joqogħdu jwaħħlu l-multi. Xogħol l-awtoritajiet huwa li jedukaw lill-poplu biex ikun mgħarraf biżżejjed għaliex hemm bżonn jobdi dawn id-direttivi. Importanti jingħad li sid ta’ ħanut għandu l-obbligu li jirrifjuta li jdaħħal konsumaturi li ma jkunux lebsin maskri.

Bl-istess mod, hemm l-obbligu li n-numru ta’ persuni li jidħlu fl-istabbiliment ikun skont id-daqs tal-ħanut u għandha dejjem tinżamm distanza ta’ 2 metri bejn persuna u oħra. Bl-edukazzjoni naslu. Irridu nkunu aħna li, b’responsabbiltà u dixxiplina, nibqgħu nagħtu sehemna fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

Share With: