Somalu jsofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ix-Xatt il-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Kia Picanto misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena u vettura tat-tip Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġwann.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-Somalu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Puliizja b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: