Stqarrija mill-Kumitat Olimpiku Malti

Wara diversi kummenti fuq diversi mezzi tal-media, il-Kumitat Olimpiku Malti jixtieq jiċċara li kien

f’kuntatt mal-Federazzjonijiet affiljati u numru ta’ atleti rigward is-sitwazzjoni kurrenti tal-pandemija

Covid-19.

Filwaqt li l-Kumitat Olimpiku Malti jifhem u japprezza l-frustrazzjoni tal-atleti li bħalissa ma jistgħux

ikomplu bit-taħriġ tagħhom, hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Olimpiku Malti li jiżgura li r-regolamenti

kollha tas-Saħħa u s-Sigurtà maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa jiġu segwiti.

Fl-istess ħin, il-Kumitat Olimpiku Malti qed jaħdem mill-qrib mal-Awtoritajiet u s-Segretarjat

Parlamentari għall-Isport u partijiet interessati oħra biex jiżgura li l-Isport jingħata l-importanza

dovuta tiegħu skond iċ-ċirkostanzi.

Share With: