Taljan ta’ 26 sena jsofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Ġwann

Raġel Taljan ta’ 26 sena u residenti San Ġwann, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, wara li kien involut f’argument f’San Ġwann. 

Kienu għall-ħabta tal-5:30 a.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument fi Triq is-Qasab, San Ġwann. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li, l-argument kien seħħ bejn ir-raġel Taljan u raġel ta’ 61 residenti San Ġwann. Allegatament, waqt l-imsemmi argument intuża tornavit. 

Peress li t-Taljan sofra xi ġrieħi, fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

Il-raġel ta’ 61 sena qiegħed jiġi mitkellem mill-Pulizija. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għadejjin. 

Share With: