Tliet players ta’ Lazio mistennija jġeddu

Lazio qed jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt ta’ tliet players fl-iskwadra tagħhom li qed jitqiesu fundamentali fl-ewwel ħdax tal-coach Simone Inzaghi. Dawn huma Danilo Cataldi, Senad Lulic u Marco Parolo li matul dan l-istaġun spikkaw ferm mat-tim mill-belt kapitali Taljana. 

Il-pjan tad-direttur sportiv ta’ Lazio Igli Tare huwa li jġedded il-ftehim ta’ dawn il-players b’Cataldi li jista’ jkompli sas-sena 2024 filwaqt li Lulic u Parolo jistgħu jkomplu jilbsu l-flokk ċelesti tal-club għal sena oħra. 

Lazio qed jimmiraw li jirbħu l-kampjonat Taljan fejn qabel il-waqfa sfurzata minħabba l-imxija tal-Coronavirus, kienu qegħdin biss punt bogħod mil-leaders Juventus.

Share With: