Tnejn l-isptar wara li ntlaqtu minn rota li nqalet minn vettura

Żewġ persuni kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tat-3:15 p.m fi Triq Wied il-Għajn.

Minn stħarriġ preliminari li sar fil-post irriżulta li ż-żewġ persuni – żewġ nisa ta’ 17-il sena u 24 sena, u t-tnejn residenti Ħaż-Żabbar – kienu ġew milquta minn rota li inqalat minn vettura tal-għamla DAF 45 li kienet qed tinstaq fl- imsemmija triq.

Huma ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħadithom l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, il-mara ta’ 24 sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief, filwaqt li t-tfajla ta’ 17-il sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.

Share With: