Tommaso Giulini jfaħħar lil Radja Nainggolan

Il-president ta’ Cagliari Tommaso Giulini issuġġerixxa li Inter jerġgħu jilqgħu lura lill-midfielder offensiv mill-Belġju Radja Nainggolan meta proprju fl-aħħar ta’ dan l-istaġun jagħlaqlu l-perjodu ta’ self mal-club minn Sardenja. 

Nainggolan għen lil Cagliari sew fl-ewwel parti tal-istaġun tant li kienu wkoll fl-ewwel sitt postijiet fil-klassifika għalkemm bil-mod il-mod bdew ibattu biex niżlu xi ftit fil-pożizzjoni tagħhom. 

Min-naħa tiegħu Nainggolan ingħaqad ma’ Inter fis-sajf tas-sena 2018 mingħand Roma għalkemm ftit stabilixxa ruħu mat-team immexxi minn Antonio Conte.

Minkejja kollox, Giulini faħħar il-professjonalitá tal-player internazzjonali Belġjan u qal li kapaċi jilgħab b’mod regolari ma’ diversi clubs ewlenin fl-Ewropa.

Nainggolan għandu 32 sena u matul dan l-istaġun s’issa lagħab 21 partita ma’ Cagliari u skorja ħames goals.

Share With: