Vincenzo Montella msemmi ma’ Fenerbahce

Il-club mis-Super Liga Torka Fenerbahce qed iħares lejn il-possibbiltá li jiffirma lill-coach Taljan, Vincenzo Montella. Dan tal-aħħar għandu 45 sena u bħalissa jinsab bla club. Huwa jidher ferm interessat jieħu r-responsabbiltá tat-team Tork  eżatt kif jibda l-istaġun li ġej.

Bħalissa Fenerbahce m’għandhomx coach minħabba li Ersun Yanal tkeċċa f’Marzu li għadda minn din il-kariga. 

Minkejja li Montella għadu relattivament żgħir, huwa m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni meta kkowċja diversi timijiet fosthom Roma, Catania, Fiorentina, Sampdoria, Milan, Seville u Fiorentina.

Fenerbahce jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika meta minn 26 partita huma kisbu 40 punt.

Share With: