Waħda mill-miżuri li mistennija tiġi rilaxxata hija li missirijiet ikunu mal-ommijiet waqt il-ħlas

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-virus tal-Covid-19 għadu magħna u għad baqa’ xhur sakemm jistab vaċċin u għaldaqstant irridu nidraw ngħixu mal-virus.

Huwa qal dan waqt diskussjoni fil-Parlament dwar l-estimi tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Il-Ministru Fearne żied jgħid li pajjiżna jinsab f’pożizzjoni aħjar milli l-awtoritajiet tas-saħħa ħasbu li se nkunu f’dan il-perjodu.

Huwa tkellem ukoll dwar il-miżuri li mistennijin li jiġu mtaffijin jekk ir-rata tal-każi tibqa’ waħda kontenuta. Huwa qal li jekk l-imxija tibqa’ taħt kontroll waħda mill-miżuri li l-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu qed jirrilaxxaw huwa li missirijiet ikunu mal-ommijiet waqt il-ħlas.

Share With: