[ARA] “Xena tal-biża’”; Torri ta’ appartamenti fl-Emirati Għarab maħkum min-nirien

Mill-inqas disa’ persuni ndarbu kaġun ta’ nirien qawwijin li ħakmu lil torri ta’ appartamenti fl-Emirati Għarab Magħqudin (UAE).

Filmat juri lit-torri Abbco, fil-belt ta’ Sharjah, waħda mill-akbar bliet fl-UAE, maħkum min-nirien b’għexieren ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar jaħdmu bla waqfien biex jikkontrollaw in-nirien.

F’kummenti li ta lill-midja, Victor Solanki, li jgħix f’binja fil-viċin, qal li huwa ra ballun tan-nar tinfirex mal-binja.

“Kienet xena tal-biża’,” saħaq Solanki. “Twapet u purtieri dehru jaqbdu f’ħakka t’għajn.”

In-nirien żviluppaw fl-10 sular tal-binja li nbniet 15-il sena ilu għall-ħabta tad-9.00 p.m. tal-bieraħ. Ir-residenti ġew evakwati minnufih, flimkien ma’ residenti oħrajn ta’ binjiet fil-viċin.

Share With: