X’għandek tagħmel issa li se jitkompla l-VRT?

Matul il-jum tal-1 ta’ Mejju 2020, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci, ħabbret li jistgħu jinfetħu mill-ġdid il-VRT Stations.

B’hekk kull min skadietlu l-liċenzja tal-vettura wara Marzu u April 2020, u kellu bżonn il-VRT issa jista’ jagħmlu. Biex il-proċess isir b’kawtela u ma jkunx hemm iffullar, l-Awtorità għat-Trasport ta’ Malta (Transport Malta) qed tagħti perjodu ta’ tliet (3) xhur ċans biex isir it-test u wara titħallas il-licenzja tat-triq tal-vettura għand wieħed mill-aġenti tal-Assikurazzjoni rispettivi. Il-perjodu ta’ 3 xhur jibda minn nhar it-Tnejn 4 ta’ Mejju 2020 u jispiċċa fil-31 ta’ Lulju 2020.

Dan ifisser li wara l-1 ta’ Awwissu 2020 mhux ser ikun permessibli li tinstaq vettura fit-triq bil-liċenzja skaduta.

Skont ir-regolament maħruġ mill-istess Prof. Charmaine Gauci, kull persuna li se tkun qed tmur biex tittestja l-vettura tagħha, hija mitluba li tnaddaf sew il-vettura tagħha kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra. Il-persuna inkarigata mit-test għandha d-dritt tirrifjuta li teżamina l-vettura jekk l-indafa tal-karozza ma tilħaqx il-livell meħtieġ.

Transport Malta tirringrazzja lil kulħadd tal-koperazjoni f’dawn iż-żminijiet tant delikati.

Share With: